Artikolu 23
Politiki, proċeduri u kontrolli interni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u nazzjonali meta jwettqu trasferimenti ta’ fondi u kriptoassi skont dan ir-Regolament.
L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għandha toħroġ linji gwida sat-30 ta’ Diċembru 2024 li jispeċifikaw il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.