+Artikolu 19 6.

Artikolu 19 6.

Meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, kif meħtieġ.

L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operattivi importanti, inkluż sistemi tal-ICT, ma għandhiex titwettaq b'tali mod li tagħmel ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-istituzzjoni ta' pagament u l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu monitoraġġ u jirrintraċċaw il-konformità tal-istituzzjoni ta' pagament mal-obbligi kollha stabbiliti f'din id-Direttiva.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, funzjoni operattiva għandha tiġi kkunsidrata bħala importanti jekk difett jew nuqqas fit-twettiq tagħha jostakola materjalment il-possibbiltà li istituzzjoni ta’ pagament tkompli tosserva l-konformità ta’ istituzzjoni ta’ pagament mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha mitluba skont dan it-Titolu jew l-obbligi l-oħra tagħha skont din id-Direttiva, il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi ta’ pagament tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta istituzzjonijiet ta’ pagament jesternalizzaw funzjonijiet operattivi importanti, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega minn amministrazzjoni għolja tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b) 

ir-relazzjoni u l-obbligi tal-istituzzjoni ta’ pagament lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħha skont din id-Direttiva ma għandhomx jinbidlu;

(c) 

il-kundizzjonijiet li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha tikkonforma sabiex tkun awtorizzata u biex tibqa’ awtorizzata skont dan it-Titolu ma għandhomx jiġu mminati;

(d) 

l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra li għalihom tkun soġġetta l-awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lill-istituzzjoni ta’ pagament ma għandha titneħħa jew tiġi modifikata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit