|
+Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament |
Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagamentArtikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi tal-pagament tal-pagatur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-pagatur, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:
(a)
referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta użata fl-ordni ta’ pagament;
(c)
l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-pagatur u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;
(d)
fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew referenza għal din, meta tkun differenti mir-rata prevista skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara l-kambju f’dik il-valuta;
(e)
id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|