|
+Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni |
Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoniArtikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni Immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli lill-benefiċjarju, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:
(a)
referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, il-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-fondi jkunu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju;
(c)
l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-benefiċjarju u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti;
(d)
meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;
(e)
id-data tal-valur tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|