+Artikolu 57 Informazzjoni għall-pagatur dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
|
Artikolu 57 Informazzjoni għall-pagatur dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
Wara li l-ammont ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali jiġi debitat mill-kont tal-pagatur jew, fejn il-pagatur ma jużax kont ta’ pagament, wara li tiġi riċevuta l-ordni ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jforni lill-pagatur, mingħajr dewmien bla bżonn u bl-istess mod kif imniżżel fl-Artikolu 51(1), l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika kull tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-kont ta’ pagament tal-pagatur jiġi debitat jew fil-valuta użata għall-ordni ta’ pagament;
(c)
l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament, u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-pagatur;
(d)
meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara dak il-kambju tal-valuta;
(e)
id-data tal-valur tad-debitu jew id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.
|
|
Artikolu 57 2.
|
Kuntratt qafas għandu jinkludi kundizzjoni li l-pagatur jista’ jitlob li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi fornuta jew issir disponibbli perijodikament, mill-inqas darba fix-xahar, mingħajr ħlas u b’mod miftiehem li jippermetti lill-pagatur jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.
|
|
Artikolu 57 3.
|
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq il-karta jew fuq mezz durevoli ieħor mhux inqas minn darba fix-xahar, mingħajr ħlas.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|