+Artikolu 62 Imposti applikabbli
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.

Artikolu 62 Imposti applikabbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux jitlob imposta lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament għat-twettiq tal-obbligi tiegħu ta’ informazzjoni jew miżuri korrettivi u preventivi taħt dan it-Titolu, ►C1  għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(4). ◄ Dawk l-imposti għandhom jiġu maqbula mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.
Artikolu 62 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fornuti fl-Unjoni, meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament ikun jinsab fiha, il-benefiċjarju jħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, u l-pagatur iħallas l-imposti mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu.
Artikolu 62 3.
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux iżomm lill-benefiċjarju milli jitlob imposta lill-pagatur, joffrilu tnaqqis jew b’mod ieħor jidderiġih lejn l-użu ta’ strument ta’ pagament partikolari. Kwalunkwe imposta applikata ma għandhiex teċċedi l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu tal-istrument ta’ pagament speċifiku.
Artikolu 62 4.
Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarju ma jitlobx imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta’ pagament li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru 260/2012.
Artikolu 62 5.
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw id-dritt tal-benefiċjarju li jitlob imposti b’kont meħud tal-ħtieġa li titħeġġeġ il-kompetizzjoni u jiġi promoss l-użu ta’ strumenti ta’ pagament effiċjenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit