|
+Artikolu 66 4. |
Artikolu 66 4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu:
(a)
jikkomunika b’mod sikur mal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(b)
minnufih wara r-riċevuta tal-ordni tal-pagament mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jagħti jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li tirrigwarda t-twettiq tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;
(c)
jittratta l-ordnijiet ta’ pagament trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mingħajr ebda diskriminazzjoni ħlief għal raġunijiet oġġettivi, b’mod partikolari f’termini ta’ żmien, ta’ prijorità jew imposti fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ pagament trażmessi direttament mill-pagatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|