+Artikolu 68 Limiti tal-użu tal-istrument ta’ pagament u tal-aċċess għall-kontijiet ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
|
Artikolu 68 Limiti tal-użu tal-istrument ta’ pagament u tal-aċċess għall-kontijiet ta’ pagament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
F’każijiet meta strument ta’ pagament speċifiku jintuża għall-finijiet tal-għoti ta’ kunsens, il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jistgħu jaqblu fuq limiti ta’ nfiq għal tranżazzjonijiet ta’ pagament esegwiti permezz ta’ dak l-istrument ta’ pagament.
|
|
Artikolu 68 2.
|
Jekk maqbul fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jimblokka l-użu tal-istrument ta’ pagament għal raġunijiet oġġettivament ġustifikabbli relatati mas-sigurtà tal-istrument ta’ pagament, is-suspett ta’ użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-istrument ta’ pagament jew, fil-każ ta’ strument ta’ pagament b’linja ta’ kreditu, riskju sinifikattivament akbar li l-pagatur jista’ ma jkunx kapaċi jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jħallas.
|
|
Artikolu 68 3.
|
F’tali każijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-pagatur dwar l-imblokkar tal-istrument ta’ pagament u r-raġunijiet għal dan b’mod miftiehem, meta possibbli, qabel ma l-istrument ta’ pagament jiġi imblokkat u mhux aktar tard minn immedjatament wara li jiġi imblokkat, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati u ma jkunx projbit permezz ta’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.
|
|
Artikolu 68 4.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżblokka l-istrument ta’ pagament jew jissostitwixxih bi strument ġdid ta’ pagament ladarba r-raġunijiet għall-imblokkar ma jibqgħux jeżistu.
|
|
Artikolu 68 5.
|
Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jista’ jiċħad fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament milli jaċċessa kont ta’ pagament għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv u evidenzjati kif mistħoqq relatati mal-aċċess frodulenti jew mhux awtorizzat għall-kont ta’ pagament minn dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, inkluż il-bidu ta’ tranżazzjoni ta’ pagament b’mod frodulenti jew mhux awtorizzat. F’tali każijiet il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jinforma li l-aċċess għall-kont ta’ pagament hu miċħud u r-raġunijiet għal dan fil-forma miftiehma. Dik l-informazzjoni għandha, fejn possibbli, tingħata lill-pagatur qabel l-aċċess jiġi miċħud u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta’ sigurtà oġġettivament ġustifikati u ma jkunx projbit permezz ta’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jippermetti aċċess għall-kont ta’ pagament ladarba r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-aċċess ma jibqgħux jeżistu.
|
|
Artikolu 68 6.
|
Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 5, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu minnufih jirrapporta l-inċident marbut mal-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet jew mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament lill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji rilevanti tal-każ u r-raġunijiet għat-teħid ta’ azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-każ u għandha, jekk ikun neċessarju, tieħu miżuri xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|