+Artikolu 81 Ammonti trasferiti u ammonti riċevuti
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
|
Artikolu 81 Ammonti trasferiti u ammonti riċevuti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, lill-fornitur/i tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju u lil kwalunkwe intermedjarju tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex jittrasferixxu l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni tal-pagament u jżommu lura milli jnaqqsu imposti mill-ammont trasferit.
|
|
Artikolu 81 2.
|
Madankollu, il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu li l-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ pagament inaqqas l-imposti tiegħu mill-ammont trasferit qabel ma jikkreditah lill-benefiċjarju. F’dak il-każ, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-imposti għandhom ikunu separati fl-informazzjoni mogħtija lill-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 81 3.
|
Jekk kwalunkwe imposti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jitnaqqsu mill-ammont trasferit, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li l-benefiċjarju jirċievi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament mibdija mill-pagatur. Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura li l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun riċevut mill-benefiċjarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|