+Artikolu 95 Ġestjoni ta’ riskji operattivi u ta’ sigurtà
---+Artikolu 95 1.
---+Artikolu 95 2.
---+Artikolu 95 3.
---+Artikolu 95 4.
---+Artikolu 95 5.

Artikolu 95 Ġestjoni ta’ riskji operattivi u ta’ sigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 95 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxu qafas b’miżuri ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa għall-ġestjoni tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà, marbutin mas-servizzi ta’ pagament li huma jipprovdu. Bħala parti minn dak il-qafas, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi għall-ġestjoni ta’ inċidenti, inkluż għas-sejbien u l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri operattivi u ta’ sigurtà.

L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554:

(a) 

għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva;

(b) 

għall-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta' din id-Direttiva;

(c) 

għall-istituzzjonijiet ta' pagament eżentati skont l-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva; u

(d) 

għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.

Artikolu 95 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu lill-awtorità kompetenti fuq bażi annwali, jew f’intervalli iqsar kif determinati mill-awtorità kompetenti, valutazzjoni aġġornata u komprensiva tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà marbutin mas-servizzi ta’ pagament li huma jipprovdu u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji.
Artikolu 95 3.
Sat-13 ta’ Lulju 2017 l-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament filwaqt li tirrifletti l-interessi kollha involuti, għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ sigurtà, inklużi l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni fejn rilevanti.

L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrevedi l-linji gwida msemmijin fl-ewwel subparagrafu regolarment u fi kwalunkiwe każ mill-inqas darba kull sentejn.

Artikolu 95 4.
Filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 3, l-EBA, meta tintalab mill-Kummissjoni tagħmel dan kif xieraq, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji u dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment, u l-monitoraġġ, ta’ miżuri ta’ sigurtà.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 95 5.
L-EBA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni, inkluż il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, fil-qasam tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi ta’ pagament fost l-awtoritajiet kompetenti, u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-BĊE u, fejn rilevanti, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit