+Artikolu 97 Awtentikazzjoni
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
---+Artikolu 97 5.

Artikolu 97 Awtentikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 97 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament japplika awtentikazzjoni serja tal-klijent meta l-pagatur:

(a) 

jaċċessal-kont ta’ pagament tiegħu online;

(b) 

jibda tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku;

(c) 

iwettaq kwalunkwe azzjoni permezz ta’ kanali remoti li tista’ timplika riskju ta’ frodi tal-pagament jew abbużi oħrajn.

Artikolu 97 2.
Fir-rigward tal-bidu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament elettroniku kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal tranżazzjonijiet ta’ pagament elettroniku mill-bogħod, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament japplikaw awtentikazzjoni serja tal-klijent li tinkludi elementi li jorbtu b’mod dinamiku t-tranżazzjoni ma’ ammont speċifiku u ma’ benefiċjarju speċifiku.
Artikolu 97 3.
Fir-rigward tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà adegwati biex iħarsu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ta’ utenti tas-servizzi ta’ pagament.
Artikolu 97 4.
Il-paragrafi 2u 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-pagamenti jinbdew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-informazzjoni tintalab permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet.
Artikolu 97 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u lill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet joqogħdu fuq il-proċeduri tal-awtentikazzjoni pprovduta mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont lill-utent tas-servizzi ta’ pagament f’konformità mal-paragrafu 1 u 3 u, fejn ikun involut il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit