+Artikolu 98 Standards tekniċi regolatorji dwar l-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 3.
---+Artikolu 98 4.
---+Artikolu 98 5.

Artikolu 98 Standards tekniċi regolatorji dwar l-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 98 1.

L-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament, li jirriflettu l-interessi kollha involuti, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji indirizzati lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif stipulat fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifika:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-awtentikazzjoni serja tal-klijent imsemmija fl-Artikolu 97(1) u (2);

(b) 

l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-Artikolu 97(1), (2) u (3), abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

ir-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom il-miżuri ta’ sigurtà skont l-Artikolu 97(3), sabiex jiġu protetti l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament; u

(d) 

ir-rekwiżiti għal standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri għall-iskop ta’ identifikazzjoni, awtentikazzjoni, notifika, u informazzjoni, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà, bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont, fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, pagaturi, benefiċjarji u fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament.

Artikolu 98 2.

L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi żviluppat mill-EBA sabiex:

(a) 

jiġi żgurat livell adatt ta’ sigurtà għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, permezz tal-adozzjoni ta’ rekwiżiti effettivi u bbażati fuq ir-riskju;

(b) 

tiġi żgurata s-sikurezza tal-fondi u d-data personali tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;

(c) 

tiġi żgurata u tinżamm kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagament;

(d) 

tiġi żgurata n-newtralità mil-lat tat-teknoloġija u tal-mudell tan-negozju;

(e) 

biex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ mezzi ta’ pagament favorevoli għall-utent, aċċessibbli u innovattivi.

Artikolu 98 3.

L-eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-livell ta’ riskju involut fis-servizz provdut;

(b) 

l-ammont, ir-rikorrenza tat-tranżazzjoni, jew it-tnejn li huma;

(c) 

il-mezz ta’ pagament użat għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni.

Artikolu 98 4.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 98 5.
F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tirrieżamina u, jekk ikun xieraq, taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fuq bażi regolari sabiex, fost affarijiet oħra, tqis l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit