L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti bejn l-utenti tas-servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva, skont il-liġi rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), bl-użu ta’ korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq.
►C1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament.
◄