+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:

(a) 

ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha;

(b) 

jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli;

(c) 

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;

(d) 

l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit