|
+Artikolu 20 5. |
Artikolu 20 5.Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur. Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE. Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|