+Artikolu 20 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.
|
Artikolu 20 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:
▼M17
(a)
fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283 u fl-Artikolu 325az ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b'mod konġunt mis-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sabiex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess jenħtieġ li jkun soġġett għalihom;
▼B
(b)
għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6).
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:
(a)
l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
(b)
il-valutazzjoni tal-kriterji u d-determinazzjoni tat-trattament speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:
(a)
fid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien;
(b)
fid-data ta' meta jasal għand l-awtoritajiet kompetenti rapport mħejji min-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE. Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur. Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur. Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE. Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
Artikolu 20 6.
|
Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-kumpanija prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, ikkunsidrati flimkien, jissodisfaw il-kriterji ta' kwalifika stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta b'mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u mas-sistemi, mal-proċessi u mal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.
|
|
Artikolu 20 7.
|
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala determinanti u għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.
|
|
Artikolu 20 8.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(9) u l-Artikoli 283 u 325az bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|