|
+Artikolu 37 Tnaqqis ta’ assi intanġibbli |
Artikolu 37 Tnaqqis ta’ assi intanġibbliArtikolu 37 Tnaqqis ta’ assi intanġibbli L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-assi intanġibbli li jrid jitnaqqs skont dawn li ġejjin:
(a)
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(b)
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valutazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni;
(c)
l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|