+Artikolu 73 2.

Artikolu 73 2.

Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a) 

il-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(b) 

il-ħila tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(c) 

l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kondizzjonijiet qabel tagħti l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit