|
+Artikolu 83 1. |
Artikolu 83 1.Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
(b)
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfatti;
(c)
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti;
(d)
l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li tkun inkluża b’mod sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 52(1) jew 63, kif applikabbli. Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali minbarra l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta’ Parti Wieħed, huma minimi u insinifikanti għal tali entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kondizzjoni speċifikata fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|