+Artikolu 94 Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.
---+Artikolu 94 7.
---+Artikolu 94 8.
---+Artikolu 94 9.
---+Artikolu 94 10.

Artikolu 94 Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 94 1.

►M17  B'deroga mill-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar: ◄

(a) 

5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b) 

EUR 50 miljun.

Artikolu 94 2.

Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:

▼M17

(a) 

għall-kuntratti elenkati fl-Anness II, il-punt 1, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta' dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b);

(b) 

għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (b), u l-Artikolu 92(5), il-punt (b), bir-rekwiżit ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), il-punt (a), u l-Artikolu 92(5), il-punt (a).

▼M8

Artikolu 94 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:

(i) 

pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;

(ii) 

pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti u tat-tranżazzjonijiet derivattivi tal-kreditu li ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dak l-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);

(b) 

il-pożizzjonijiet kollha inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a) għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

▼M17

(c) 

l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, pożizzjoni twila hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jiżdied meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tar-riskju tagħha, u pożizzjoni qasira hija waħda meta l-valur tas-suq tal-pożizzjoni jonqos meta jiżdied il-valur tal-motivatur ewlieni tagħha tar-riskju.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a).

Artikolu 94 4.
Fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 74 u 83 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 102(3) u (4), l-Artikoli 103 u 104b ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 94 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2.
Artikolu 94 6.
Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
Artikolu 94 7.

Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;

(b) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

Artikolu 94 8.
Meta istituzzjoni ma baqgħetx tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perijodu sħiħ mhux interrott ta' sena.
Artikolu 94 9.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.
Artikolu 94 10.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu għall-identifikazzjoni tal-motivatur ewlieni tar-riskju ta' pożizzjoni u għad-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjoni tirrappreżentax pożizzjoni twila jew qasira kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 273a(3) u 325a(2).

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis il-metodu żviluppat għall-istandards tekniċi regolatorji awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 279a(3), il-punt (b).

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit