+Artikolu 110 3.

Artikolu 110 3.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikoli 148 u 150 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:

(a) 

fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabbiliti f’dan il-paragrafu 2;

(b) 

fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;

(c) 

Il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit