|
+Artikolu 111 8. |
Artikolu 111 8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jassenjaw elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-eċċezzjoni tal-elementi diġà inklużi fl-Anness I, għall-buckets minn 1 sa 5 imsemmija fl-Anness I;
(b)
il-fatturi li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jikkanċellaw l-impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness I;
(c)
il-proċess għan-notifika lill-EBA dwar il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' elementi oħrajn li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jġorru riskji simili għal dawk imsemmija fl-Anness I. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|