+Artikolu 121 Skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati
---+Artikolu 121 1.
---+Artikolu 121 2.
---+Artikolu 121 3.

Artikolu 121 Skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 121 1.

Skoperturi għal istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati għal wieħed mill-gradi li ġejjin:

(a) 

meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad A:

(i) 

l-istituzzjoni jkollha kapaċità adegwata sabiex twettaq l-impenji finanzjarji tagħha, inkluż ir-ripagamenti tal-kapital u tal-imgħax, fil-ħin, għall-ħajja mbassra tal-assi jew tal-iskoperturi u irrispettivament miċ-ċikli ekonomiċi u mill-kundizzjonijiet tan-negozju;

(ii) 

l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punti (d)(i) u (vi), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinit fl-Artikolu 128, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju u regolatorju lokali ekwivalenti jew addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

(iii) 

l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

(iv) 

il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt;

(b) 

meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u ma tiġix issodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad B:

(i) 

l-istituzzjoni tkun soġġetta għal riskju ta' kreditu sostanzjali, inkluż il-kapaċitajiet ta' ripagament li jiddependu minn kundizzjonijiet ekonomiċi jew kummerċjali stabbli jew favorevoli;

(ii) 

l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punt (d)(i), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE,, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju jew regolatorju lokali ekwivalenti u addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

(iii) 

l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

(iv) 

il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt.

(c) 

meta l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet ma jiġux assenjati għall-Grad A jew B, jew meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad C:

(i) 

l-istituzzjoni jkollha riskji materjali ta' inadempjenza u marġini limitati ta' sikurezza;

(ii) 

il-kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x'aktarx li jwasslu, jew wasslu, għall-inabbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha;

(iii) 

meta r-rapporti finanzjarji awditjati jkunu meħtieġa mil-liġi għall-istituzzjoni, l-awditur estern ikun ħareġ opinjoni tal-awditjar negattiva jew ikun esprima dubju sostanzjali dwar il-kapaċità tal-istituzzjoni li tkompli bħala istituzzjoni ta' negozju avvjat fir-rapporti finanzjarji awditjati jew fir-rapporti awditjati tiegħu fit-12-il xahar preċedenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii), ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti superviżorji u regolatorji lokali ekwivalenti u addizzjonali ma għandhomx jinkludu riżervi ta' kapital ekwivalenti għal dawk iddefiniti fl-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 121 2.
Għal skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li huma ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 119(5), għall-fini li jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(ii) u (b)(ii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu humiex issodisfati minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jissodisfawx jew jaqbżux kwalunkwe rekwiżit prudenzjali komparabbli.
Artikolu 121 3.

Skoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:

(a) 

l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir f'konformità mat-Tabella 1:

(i) 

l-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas;

(ii) 

L-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' sitt xhur jew anqas u jirriżulta mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali;

(b) 

l-iskoperturi assenjati għall-Grad A li ma humiex fuq terminu qasir għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 % meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

L-iskopertura ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(ii) 

il-proporzjon tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun daqs jew ogħla minn 14 %;

(iii) 

il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-istituzzjoni jkun ugwali għal jew ogħla minn 5 %;

(c) 

l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1.

Meta skopertura għal istituzzjoni ma tkunx denotata fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni tal-inkorporazzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jew meta dik l-istituzzjoni tkun irreġistrat l-obbligazzjoni ta' kreditu f'fergħa f'ġuriżdizzjoni differenti u l-iskopertura ma tkunx fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni li fiha topera l-fergħa, il-piż tar-riskju assenjat f'konformità mal-punt (a), (b) jew (c), għal skoperturi minbarra dawk b'maturità ta' sena jew anqas li jirriżultaw minn elementi awtolikwidanti u kontinġenti relatati mal-kummerċ li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali ma għandux ikun anqas mill-piż tar-riskju ta' skopertura għall-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.



Tabella 1

Valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu

Grad A

Grad B

Grad C

Piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir

20 %

50 %

150 %

Piż tar-riskju

40 %

75 %

150 %

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit