|
+Artikolu 121 3. |
Artikolu 121 3.Skoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:
(a)
l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir f'konformità mat-Tabella 1:
(i)
l-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas;
(ii)
L-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta' sitt xhur jew anqas u jirriżulta mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali;
(b)
l-iskoperturi assenjati għall-Grad A li ma humiex fuq terminu qasir għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 % meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
L-iskopertura ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
(ii)
il-proporzjon tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun daqs jew ogħla minn 14 %;
(iii)
il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-istituzzjoni jkun ugwali għal jew ogħla minn 5 %;
(c)
l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1. Meta skopertura għal istituzzjoni ma tkunx denotata fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni tal-inkorporazzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jew meta dik l-istituzzjoni tkun irreġistrat l-obbligazzjoni ta' kreditu f'fergħa f'ġuriżdizzjoni differenti u l-iskopertura ma tkunx fil-munita domestika tal-ġuriżdizzjoni li fiha topera l-fergħa, il-piż tar-riskju assenjat f'konformità mal-punt (a), (b) jew (c), għal skoperturi minbarra dawk b'maturità ta' sena jew anqas li jirriżultaw minn elementi awtolikwidanti u kontinġenti relatati mal-kummerċ li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali ma għandux ikun anqas mill-piż tar-riskju ta' skopertura għall-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.
Tabella 1
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|