|
+Artikolu 123 1. |
Artikolu 123 1.Skoperturi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:
(a)
l-iskopertura tkun għal persuna fiżika waħda jew aktar jew għal SME;
(b)
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, lill-impriżi prinċipali tagħha u lis-sussidjarji tagħha, mid-debitur jew mill-grupp ta' klijenti konnessi, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà m'għandux, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż EUR 1 miljun;
(c)
l-iskopertura tirrappreżenta waħda minn numru sinifikanti ta' skoperturi b'karatteristiċi simili, b'tali modi li r-riskji assoċjati ma' tali skopertura jkunu mnaqqsa b'mod sostanzjali;
(d)
l-istituzzjoni kkonċernata tittratta l-iskopertura fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u timmaniġġa l-iskopertura internament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur b'mod konsistenti maż-żmien u b'mod li jkun simili għat-trattament mill-istituzzjoni ta' skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur. Il-valur preżenti tal-pagamenti ta' kera minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jkun eliġibbli għall-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur. L-iskoperturi li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jkunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur. Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika metodi proporzjonati ta' diversifikazzjoni li skonthom skopertura għandha titqies bħala waħda minn għadd sinifikanti ta' skoperturi simili kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|