|
+Artikolu 123 5. |
Artikolu 123 5.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, l-iskoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni lil pensjonanti jew lil impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kundizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju tal-mutwatarju lil dik l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
biex jitħallas lura s-self, il-mutwatarju jawtorizza mingħajr kundizzjonijiet lill-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmel pagamenti diretti lill-istituzzjoni billi jnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar tal-mutwatarju;
(b)
ir-riskji ta' mewt, ta' inkapaċità għax-xogħol, ta' qgħad jew ta' tnaqqis nett tal-pensjoni jew tas-salarju ta' kull xahar tal-mutwatarju jkunu koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjoni;
(c)
il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru mill-mutwatarju fuq is-self kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % tal-pensjoni jew is-salarju nett fix-xahar tal-mutwatarju;
(d)
il-massimu tal-maturità oriġinali tas-self ikun ugwali għal jew inqas minn 10 snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|