+Artikolu 153 8.
|
Artikolu 153 8.
Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket ser jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, fejn is-somma tal-ammont tat-telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma għandux jaqbeż l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li għandhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat. Piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għandu japplika għal pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|