+Artikolu 157 Ammonti tal-iskoperturi ppeżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija
---+Artikolu 157 1.
---+Artikolu 157 2.
---+Artikolu 157 3.
---+Artikolu 157 4.
---+Artikolu 157 5.
---+Artikolu 157 6.

Artikolu 157 Ammonti tal-iskoperturi ppeżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 157 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni fuq riċevibbli korporattivi u fil-livell tal-konsumatur mixtrija skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1).
Artikolu 157 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-parametri PD u LGD imdaħħla skont it-Taqsima 4.
Artikolu 157 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura skont it-Taqsima 5.
Artikolu 157 4.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-valur ta’ M huwa ta’ sena.
Artikolu 157 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżentaw istituzzjoni milli tikkalkula u tirrikonoxxi l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ tip ta’ skoperturi kkawżati minn riċevibbli korporattivi jew fil-livell tal-konsumatur mixtrija meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riskju ta’ dilwizzjoni għal dik l-istituzzjoni jkun immaterjali għal dan it-tip ta’ skoperturi.
Artikolu 157 6.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment:

(a) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, inkluż ir-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 160(4), u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-istimi proprji u l-parametri tal-approċċ ta' riżerva;

(b) 

il-valutazzjoni tal-kriterju ta' immaterjalità għat-tip ta' skoperturi msemmi fil-paragrafu 5.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit