|
+Artikolu 160 2. |
Artikolu 160 2.Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta’ istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:
(a)
għal pretensjonijiet prijoritarji fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-riċevibbli;
(b)
għal pretensjonijiet subordinati fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;
(c)
istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|