+Artikolu 160 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
---+Artikolu 160 1.
---+Artikolu 160 1a.
---+Artikolu 160 2.
---+Artikolu 160 3.
---+Artikolu 160 4.
---+Artikolu 160 6.
---+Artikolu 160 7.

Artikolu 160 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160 1.
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (b), jew il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikoli 153 u 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,05  %.
Artikolu 160 1a.
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' dawk l-iskoperturi, il-valur tal-PD li jintuża għal kull skopertura bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-PD li ġej: 0,03  %.
Artikolu 160 2.

Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta’ istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:

(a) 

għal pretensjonijiet prijoritarji fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-riċevibbli;

(b) 

għal pretensjonijiet subordinati fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;

(c) 

istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni.

Artikolu 160 3.
Il-PD ta’ debituri f’inadempjenza għandha tkun ta’ 100 %.
Artikolu 160 4.
Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Artikolu 183.
Artikolu 160 6.
Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tiġi ffissata ugwali għall-istimi tal-EL tal-istituzzjoni għar-riskju ta' dilwizzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista' tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija f'PDs u LGDs b'mod li l-awtorità kompetenti tqis affidabbli, tista' tuża l-istimi tal-PD li jirriżultaw minn dik id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Kapitolu 4.
Artikolu 160 7.
Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit