|
+Artikolu 199 3. |
Artikolu 199 3.L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li hemm preżenti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f’dak it-territorju b’rati ta’ telf li ma jaqbżu l-ebda minn dawn il-limiti li ġejjin:
(a)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.3 %;
(b)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.5 %. Fejn ma tintlaħaqx xi waħda mill-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f’sena partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it-trattament stipulat f’dak is-subparagrafu sakemm iż-żewġ kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti f’sena sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|