+Artikolu 204a Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità
---+Artikolu 204a 1.
---+Artikolu 204a 2.

Artikolu 204a Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 204a 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-derivattivi ta' ekwità li huma swaps tar-redditu totali jew effettivament simili mill-aspett ekonomiku, bħala protezzjoni ta' kreditu eliġibbli għall-uniku skop li jwettqu ħħeġġjar intern.

Fejn istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti mas-swap bħala introjtu nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament fit-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta' żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.

Artikolu 204a 2.
Fejn istituzzjoni twettaq ħeġġ interna permezz ta' derivattiv ta' ekwità, sabiex il-ħeġġ intern jikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi.

Fejn ikun twettaq ħeġġ intern skont l-ewwel subparagrafu u jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 ta' dan il-Kapitolu għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija fejn dawn jakkwistaw protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit