|
+Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali |
Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitaliArtikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn il-kollateral ipprovdut skont dawn il-ftehimiet jissodosfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 207(2) sa (4) u fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
(b)
jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti li ttemm u tagħlaq fil-waqt it-transazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
(c)
jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf għal transazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|