+Artikolu 208 3a.

Artikolu 208 3a.

L-istituzzjonijiet jistgħu jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà immobbli u jidentifikaw il-proprjetà immobbli li teħtieġ rivalwazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, permezz ta' metodi statistiċi avvanzati jew metodi matematiċi oħra (“mudelli”), dment li dawk il-metodi jiġu żviluppati indipendentement mill-proċess ta' deċiżjoni dwar il-kreditu u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom, il-kriterji għall-użu ta' mudelli għall-monitoraġġ tal-valuri tal-kollateral u għall-identifikazzjoni tal-proprjetajiet li għandhom jiġu vvalwati mill-ġdid; dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu r-rekord ipprovat ta' tali mudelli, il-varjabbli speċifiċi għall-proprjetà kkunsidrati, l-użu ta' informazzjoni minima disponibbli u akkurata, u l-inċertezza tal-mudelli;

(b) 

l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-mudelli użati jkunu:

(i) 

speċifiċi għall-proprjetà u għall-post f'livell suffiċjenti ta' granularità;

(ii) 

validi u akkurati, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari skont il-prezzijiet attwali osservati tat-tranżazzjonijiet;

(iii) 

ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il-bażi tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet osservati;

(iv) 

ibbażati fuq data aġġornata ta' kwalità għolja;

(c) 

l-istituzzjonijiet huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-mudelli;

(d) 

l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-dokumentazzjoni tal-mudelli tkun aġġornata;

(e) 

l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal-IT u jkollhom data suffiċjenti u akkurata għal kwalunkwe monitoraġġ ibbażat fuq mudelli tal-valur tal-kollateral tal-proprjetà immobbli u l-identifikazzjoni ta' proprjetà li teħtieġ rivalwazzjoni;

(f) 

l-istimi tal-mudelli jiġu vvalidati b'mod indipendenti u l-proċess ta' validazzjoni jkun ġeneralment konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 185, fejn applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit