+Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
---+Artikolu 208 1.
---+Artikolu 208 2.
---+Artikolu 208 3.
---+Artikolu 208 3a.
---+Artikolu 208 4.
---+Artikolu 208 5.
|
Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 208 1.
|
Il-proprjetà immobbli għandha tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli biss meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stbabiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
|
|
Artikolu 208 2.
|
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:
(a)
ipoteka jew imposta hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu u għandhom jiġu ppreżentati kif xieraq u fil-pront;
(b)
ġew issodisfatti r-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tar-rahan;
(c)
il-ftehim ta’ protezzjoni u l-proċess legali sottostanti jippermettu lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 208 3.
|
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u l-valutazzjoni tal-proprjetà:
(a)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw il-valur tal-proprjetà b’mod frekwenti u b’minimu ta’ darba fis-sena għal proprjetà kummerċjali immobbli u darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali. L-istituzzjonijiet iwettqu sorvejlanza aktar frekwenti fejn is-suq huwa soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
▼M17
(b)
il-valwazzjoni tal-proprjetà tiġi riveduta meta l-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista' jkun li naqas materjalment fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn valwatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valwazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu; Kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG, inkluż dawk relatati mal-limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi, għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni li l-valur tal-proprjetà seta' naqas materjalment, meta mqabbel mal-prezzijiet ġenerali tas-suq; għal self li jaqbeż EUR 3 miljuni jew il-5 % tal-fondi proprji ta' istituzzjoni, il-valwazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi riveduta minn tali valwatur mill-inqas kull tliet snin.
|
|
Artikolu 208 3a.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà immobbli u jidentifikaw il-proprjetà immobbli li teħtieġ rivalwazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, permezz ta' metodi statistiċi avvanzati jew metodi matematiċi oħra (“mudelli”), dment li dawk il-metodi jiġu żviluppati indipendentement mill-proċess ta' deċiżjoni dwar il-kreditu u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom, il-kriterji għall-użu ta' mudelli għall-monitoraġġ tal-valuri tal-kollateral u għall-identifikazzjoni tal-proprjetajiet li għandhom jiġu vvalwati mill-ġdid; dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu r-rekord ipprovat ta' tali mudelli, il-varjabbli speċifiċi għall-proprjetà kkunsidrati, l-użu ta' informazzjoni minima disponibbli u akkurata, u l-inċertezza tal-mudelli;
(b)
l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-mudelli użati jkunu:
(i)
speċifiċi għall-proprjetà u għall-post f'livell suffiċjenti ta' granularità;
(ii)
validi u akkurati, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari skont il-prezzijiet attwali osservati tat-tranżazzjonijiet;
(iii)
ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il-bażi tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet osservati;
(iv)
ibbażati fuq data aġġornata ta' kwalità għolja;
(c)
l-istituzzjonijiet huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-mudelli;
(d)
l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-dokumentazzjoni tal-mudelli tkun aġġornata;
(e)
l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal-IT u jkollhom data suffiċjenti u akkurata għal kwalunkwe monitoraġġ ibbażat fuq mudelli tal-valur tal-kollateral tal-proprjetà immobbli u l-identifikazzjoni ta' proprjetà li teħtieġ rivalwazzjoni;
(f)
l-istimi tal-mudelli jiġu vvalidati b'mod indipendenti u l-proċess ta' validazzjoni jkun ġeneralment konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 185, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 208 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta' proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali li jaċċettaw u l-politiki tal-għoti ta' self tagħhom f'dan ir-rigward.
|
|
Artikolu 208 5.
|
Il-proprjetà immobbli meħuda bħala protezzjoni ta' kreditu għandha tkun assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' dannu u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-assigurazzjoni. B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2025, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu billi jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGD ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|