|
+Artikolu 209 3. |
Artikolu 209 3.Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-ġestjoni tar-riskji:
(a)
istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess validu għad-determinazzjoni ta’ riskju tal-kreditu assoċjat mar-riċevibbli. Tali proċess għandu jinkludi analiżi tan-negozju u l-industrija tal-mutwatarju u t-tipi ta’ klijenti li jinnegozja magħhom. Fejn l-istituzzjoni tiddependi fuq il-mutwatarji tagħha sabiex taċċerta r-riskju tal-kreditu tal-konsumaturi, l-istituzzjoni għandha tanalizza l-prattiki ta’ kreditu tal-mutwatarji sabiex tiżgura ruħha mill-validità u l-kredibbiltà tagħhom;
(b)
id-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-valur tar-riċevibbli għandu jirreflettu l-fatturi xierqa kollha, inklużi l-ispiża tal-irkupru, il-konċentrazzjoni fl-aggregazzjoni tar-riċevibbli mirhuna minn mutwatarju individwali, u r-riskju potenzjali ta’ konċentrazzjoni fi ħdan l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni lil hinn minn dak ikkontrollat mill-metodoloġija ġenerali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proċess kontinwu ta’ monitoraġġ adatt għar-riċevibbli. Għandhom janalizzaw ukoll, fuq bażi regolari, il-konformità mal-ftehimiet tal-għoti tal-self, ir-restrizzjonijiet ambjentali, u r-rekwiżiti legali oħrajn;
(c)
riċevibbli mirhuna minn mutwatarju għandhom ikunu diversifikati u mhux korrelatati iżżejjed ma’ dak il-mutwatarju. Fejn ikun hemm korrelazzjoni materjali pożittiva, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu r-riskji li jmorru mal-iffissar tal-marġni għall-aggregazzjoni kollha tal-kollateral;
(d)
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw riċevibbli minn affiljati ta’ mutwatarju, inklużi sussidjarji u impjegati, bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli;
(e)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess dokumentat għall-ġbir ta’ pagamenti ta’ riċevibbli f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ il-faċilitajiet meħtieġa għall-irkupru anki meta normalment jiddependu fuq il-mutwatarji tagħhom għall-ġbir. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|