+Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
---+Artikolu 212 1.
---+Artikolu 212 2.

Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 212 1.

Flus iddepożitati ma’, jew strumenti ta’ flus assimilati miżmuma minn, instituzzjoni terza, għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 232(1), meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-pretensjoni ta’ mutwatarju kontra l-istituzzjoni terza hija mirhuna bil-miftuħ jew assenjata lill-istituzzjoni mutwanti u t-tali rahan jew assenjazzjoni hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u hija mingħajr kondizzjonijiet u irrevokabbli;

(b) 

l-istituzzjoni terza hija nnotifikata dwar ir-rahan jew l-assenjazzjoni;

(c) 

bħala konsegwenza tan-notifika, l-istituzzjoni terza tista’ tagħmel pagamenti biss lill-istituzzjoni mutwanti jew lil partijiet oħra biss bil-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti.

Artikolu 212 2.

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja hi mirhuna jew assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni mutwanti;

(b) 

il-kumpannija li tagħti l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tiġi notifikata dwar ir-rahan jew l-assenjazzjoni u, bħala riżultat tan-notifika, tista’ ma tħallasx l-ammonti pagabbli skont il-kuntratt mingħajr kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti;

(c) 

ċessjoni f’każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju;

(d) 

l-istituzzjoni mutwanti hija infurmata b’kull nuqqas ta’ pagament skont il-polza mid-detentur tal-polza;

(e) 

il-protezzjoni tal-kreditu hija pprovduta għall-maturità tas-self. Fejn dan mhuwiex possibbli minħabba li r-relazzjoni tal-assigurazzjoni tintemm qabel ma tiskadi r-relazzjoni tas-self, l-istituzzjoni għandha tiżgura li l-ammont idderivat mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jservi lill-istituzzjoni bħala garanzija sa tmiem it-tul taż-żmien tal-ftehim tal-kreditu;

(f) 

ir-rahan jew l-assenjazzjoni hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu;

(g) 

il-valur taċ-ċessjoni huwa dikjarat mill-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u ma jistax jitnaqqas;

(h) 

fuq talba, il-valur taċ-ċessjoni għandu jitħallas mill-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja fil-pront;

(i) 

il-valur taċ-ċessjoni ma għandux jintalab migħajr il-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni;

(j) 

il-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija soġġetta għad-Direttiva 2009/138/KE jew hija soġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit