+Artikolu 222 Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju
---+Artikolu 222 1.
---+Artikolu 222 2.
---+Artikolu 222 3.
---+Artikolu 222 4.
---+Artikolu 222 5.
---+Artikolu 222 6.
---+Artikolu 222 7.

Artikolu 222 Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 222 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju biss fejn jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat. Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju flimkien, għajr għall-finijiet tal-Artikoli 148(1) u 150(1). L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw din l-eċċezzjoni b’mod selettiv bil-għan li jinkisbu rekwiżiti mnaqqsa għall-fondi proprji jew bil-għan li jwettqu arbitraġġ regolatorju.
Artikolu 222 2.
Taħt il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lill- kollateral finanzjarju eliġibbli valur ugwali għall-valur tas-suq tiegħu kif iddeterminat skont il-punt (d) tal-Artikolu 207(4).
Artikolu 222 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lil dawk il-porzjonijiet tal-valuri tal-iskoperturi li huma kollateralizzati mill-valur tas-suq tal-kollateral eliġibbli dak il-piż tar-riskju li kieku jassenjaw skont il-Kapitolu 2 fejn l-istituzzjoni mutwanti kellha skopertura diretta għall-istrument tal-kollateral. Għal dak il-għan, il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tal-element u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2).
Artikolu 222 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 0 % lil dik il-porzjon kollateralizzata tal-iskopertura li tirriżulta minn transazzjoni ta’ riakkwist u transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 227. Fejn il-kontroparti għat-transazzjoni mhijiex parteċipant ewlieni fis-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 10 %.
Artikolu 222 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 0 %, fir-rigward tal-kollateralizzazzjoni, lill-valur tal-iskoperturi determinat skont il-Kapitolu 6 għall-istrumenti derivati elenkati fl-Anness II u soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum, kollateralizzati minn flus jew strumenti assimilati ta’ flus fejn mhemmx diskrepanza fil-muniti.

L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 10 %, sal-ammont tal-kollateralizzazzjoni, lill-valur tal-iskoperturi ta’ tali transazzjonijiet kollateralizzati minn titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2.

Artikolu 222 6.

Għal transazzjonijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 0 % fejn l-iskopertura u l-kollateral huma denominati fl-istess munita, u tiġi ssodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

il-kollateral huwa flus f’depożitu jew strument assimilat ta’ flus;

(b) 

il-kollateral huwa f’forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114, u l-valur tas-suq tiegħu ġie skontat b’20 %.

Artikolu 222 7.

Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6 it-titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali għandhom jinkludu:

(a) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali li l-iskoperturi għalihom huma ttrattati bħala skoperturi lejn il-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115;

(b) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn banek ta’ żvilupp multilaterali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Artikolu 117(2);

(c) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118;

(d) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet tas-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit