|
+Artikolu 227 2. |
Artikolu 227 2.L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali skont is-sens tal-Artikolu 197(1)(b) u eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;
(b)
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma denominati fl-istess munita;
(c)
il-maturità tat-transazzjoni mhijiex ta’ aktar minn ġurnata jew inkella kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum jew aġġustament tal-marġni ta’ kuljum;
(d)
iż-żmien bejn l-aħħar data tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq qabel id-data fejn il-kontroparti tonqos milli tagħmel aġġustament tal-marġni u l-likwidazzjoni tal-kollateral mhijiex aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol;
(e)
it-transazzjoni hija saldata f’sistema tas-saldu pprovata għal dak it-tip ta’ transazzjoni;
(f)
id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim jew it-transazzjoni hija dokumentazzjoni tas-suq standard għal transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fit-titoli konċernati;
(g)
it-transazzjoni hija rregolata minn dokumentazzjoni li tispeċifika li meta kontroparti tonqos milli tissodisfa obbligazzjoni li tikkonsenja flus jew titoli jew li tikkonsenja l-marġni jew b’xi mod issir inadempjenti, it-transazzjoni tista’ tintemm immedjatament;
(h)
il-kontroparti hija kkunsidrata bħala parteċipant ewlieni fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|