+Artikolu 227 Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
---+Artikolu 227 1.
---+Artikolu 227 2.
---+Artikolu 227 3.

Artikolu 227 Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 227 1.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikolu 224 jistgħu, għal tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid u għal tranżazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid b'self ta' titoli, japplikaw aġġustament għall-volatilità ta' 0 % minflok l-aġġustamenti għall-volatilità kkalkulati skont l-Artikoli 224 u 226, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (h), ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ ibbażat fuq mudell intern stabbilit fl-Artikolu 221 ma għandhomx jużaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu.
Artikolu 227 2.

L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali skont is-sens tal-Artikolu 197(1)(b) u eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;

(b) 

kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma denominati fl-istess munita;

(c) 

il-maturità tat-transazzjoni mhijiex ta’ aktar minn ġurnata jew inkella kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum jew aġġustament tal-marġni ta’ kuljum;

(d) 

iż-żmien bejn l-aħħar data tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq qabel id-data fejn il-kontroparti tonqos milli tagħmel aġġustament tal-marġni u l-likwidazzjoni tal-kollateral mhijiex aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol;

(e) 

it-transazzjoni hija saldata f’sistema tas-saldu pprovata għal dak it-tip ta’ transazzjoni;

(f) 

id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim jew it-transazzjoni hija dokumentazzjoni tas-suq standard għal transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fit-titoli konċernati;

(g) 

it-transazzjoni hija rregolata minn dokumentazzjoni li tispeċifika li meta kontroparti tonqos milli tissodisfa obbligazzjoni li tikkonsenja flus jew titoli jew li tikkonsenja l-marġni jew b’xi mod issir inadempjenti, it-transazzjoni tista’ tintemm immedjatament;

(h) 

il-kontroparti hija kkunsidrata bħala parteċipant ewlieni fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 227 3.

Il-parteċipanti ewlenin fis-suq imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-entitajiet li ġejjin:

(a) 

l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 197(1)(b) li l-iskoperturi għalihom huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;

(b) 

istituzzjonijiet;

▼M9

(ba) 

ditti tal-investiment;

▼B

(c) 

impriżi finanzjarji oħrajn fit-tifsira tal-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE li l-iskoperturi għalihom huma assenjati b’piż tar-riskju ta’ 20 % skont l-Approċċ Standardizzat jew li, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, ma għandhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni;

(d) 

CIUs regolati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital jew ta’ lieva finanzjarja;

(e) 

fondi tal-pensjonijiet regolati;

(f) 

organizzazzjonijiet ta’ kklerjar rikonoxxuti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit