+Artikolu 232 Protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
---+Artikolu 232 1.
---+Artikolu 232 2.
---+Artikolu 232 3.
---+Artikolu 232 4.

Artikolu 232 Protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 232 1.
Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 212(1), flus kontanti depożitati ma', jew strumenti assimilati ta' flus kontanti miżmuma minn, istituzzjoni terza f'arranġament mhux ta' kustodja u mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti, jistgħu jiġu ttrattati bħala garanzija pprovduta mill-istituzzjoni terza.
Artikolu 232 2.

Fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 212(2), l-istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il-porzjon tal-iskopertura kollateralizzata mill-valur attwali taċ-ċessjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għat-trattament li ġej:

(a) 

fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ Standardizzat, għandha tkun ippeżata skont ir-riskju billi jintużaw il-piżijiet tar-riskju speċifikati fil-paragrafu 3;

(b) 

fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ IRB iżda mhux soġġetta għall-istimi proprji tal-LGD tal-istituzzjoni, għandha tiġi assenjata LGD ta’ 40 %.

F’każ ta’ diskrepanza fil-muniti, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur attwali taċ-ċessjoni skont l-Artikolu 233(3), u l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu hu l-valur attwali taċ-ċessjoni tal-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Artikolu 232 3.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin fuq il-bażi ta’ piż tar-riskju assenjat lil skopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja:

(a) 

piż tar-riskju ta’ 20 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 20 %;

(b) 

piż tar-riskju ta’ 35 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 50 %;

▼M17

(ba) 

ponderazzjoni tar-riskju ta’ 52,5  %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux iggarantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 75 %;

▼B

(c) 

piż tar-riskju ta’ 70 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 100 %;

(d) 

piż tar-riskju ta’ 150 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %.

Artikolu 232 4.

Istituzzjoni tista’ tittratta strumenti riakkwistati fuq talba li huma eliġibbli skont l-Artikolu 200(c) bħala garanzija mill-istituzzjoni emittenti. Il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għandu jkun li ġej:

(a) 

fejn l-istrument ser jiġi riakkwistat bil-valur nominali tiegħu, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun dak l-ammont;

(b) 

fejn l-istrument ser jiġi riakkwistat bil-prezz tas-suq, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun il-valur tal-istrument ivvalutat bl-istess mod bħat-titoli ta’ dejn speċifikati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 197(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit