+Artikolu 238 Maturità tal-protezzjoni tal-kreditu
---+Artikolu 238 1.
---+Artikolu 238 2.
---+Artikolu 238 3.
|
Artikolu 238 Maturità tal-protezzjoni tal-kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 238 1.
|
Soġġett għal massimu ta’ħames snin, il-maturità effettiva tal-attività sottostanti għandha tkun l-itwal żmien li jifdal possibbli qabel ma d-debitur ikun skedat li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu. Soġġett għall-paragrafu 2, il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tkun iż-żmien għall-eqreb data li fiha l-protezzjoni tista’ tintemm jew tiġi tterminata.
|
|
Artikolu 238 2.
|
Fejn ikun hemm l-għażla li tiġi tterminata l-protezzjoni li hija fid-diskrezzjoni tal-bejjiegħ tal-protezzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-maturità tal-protezzjoni bħala ż-żmien għall-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-għażla. Fejn hemm għażla sabiex tiġi tterminata l-protezzjoni u tkun fid-diskrezzjoni tax-xerrej tal-protezzjoni u t-termini tal-arranġament li ħoloq il-protezzjoni jkun fihom inċentiv pożittiv għall-istituzzjoni biex ittermina t-transazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali, l-istituzzjoni għandha tieħu l-maturità tal-protezzjoni bħala l-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-għażla; altrimenti, l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra li tali għażla ma taffettwax il-maturità tal-protezzjoni.
|
|
Artikolu 238 3.
|
Fejn derivat tal-kreditu mhuwiex projbit milli jiġi tterminat qabel l-iskadenza ta’ xi perijodu ta’ konċessjoni meħtieġ sabiex isseħħ inadempjenza fuq l-obbligazzjoni sottostanti bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ ħlas, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-maturità tal-protezzjoni bit-tul taż-żmien tal-perijodu ta’ konċessjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|