|
+Artikolu 246 Rekwiżiti operattivi għal klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat |
Artikolu 246 Rekwiżiti operattivi għal klawżoli ta’ ammortizzament antiċipatArtikolu 246 Rekwiżiti operattivi għal klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat Meta t-titolizzazzjoni tkun tinkludi skoperturi ċirkolanti u klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat jew klawżoli simili, għandu jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti mill-istituzzjoni oriġinatriċi biss meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 244 u 245 u meta l-klawżola ta’ ammortizzament antiċipat, ladarba tiġi attivata:
(a)
ma twassalx għal subordinazzjoni tal-pretensjoni superjuri jew pari passu tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti għall-pretensjonijiet tal-investituri l-oħrajn;
(b)
ma twassalx għal subordinazzjoni ulterjuri tal-pretensjoni tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti relattivi għall-pretensjonijiet tal-partijiet l-oħrajn; jew
(c)
ma żżidx b’mod ieħor l-iskopertura tal-istituzzjoni għat-telf assoċjat mal-iskoperturi ċirkolanti sottostanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|