|
+Artikolu 291 5. |
Artikolu 291 5.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CCR fir-rigward ta’ transazzjonijiet fejn ġie identifikat Riskju Speċifiku Wrong-Way u fejn teżisti konnessjoni legali bejn il-kontroparti u l-emittent tas-sottostanti tad-derivat OTC jew is-sottostanti tat-transazzjonijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 273(2), skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-istrumenti fejn jeżisti r-Riskju Speċifiku Wrong-Way ma għandhomx jiġu inklużi fl-istess sett ta’ netting bħal transazzjonijiet oħrajn mal-kontroparti, u kull wieħed għandu jiġi ttrattat bħala sett ta’ netting separat;
(b)
f’kull tali sett ta’ netting separat, għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed il-valur tal-iskopertura jkun daqs it-telf sħiħ fil-valur mistenni tal-valur ġust residwu tal-istrumenti sottostanti abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent sottostanti jkun f’likwidazzjoni;
(c)
l-LGD għall-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 għandu jkun ta’ 100 % għal tali transazzjonijiet ta’ swap;
(d)
għal istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2, il-piż tar-riskju applikabbli għandu jkun dak ta’ transazzjoni mhux iggarantita;
(e)
għat-transazzjonijiet l-oħra kollha li jirreferu għal isem wieħed f’kull tali sett ta’ netting separat, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun konsistenti mas-suppożizzjoni ta’ inadempjenza immedjata (jump-to-default) ta' dawk l-obbligazzjonijiet sottostanti meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti. Għal transazzjonijiet li jirreferu għal basket ta' ismijiet jew indiċi, l-inadempjenza immedjata tal-obbligazzjonijiet sottostanti rispettivi meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti għandha tiġi applikata, jekk materjali;
(f)
sa fejn il-kalkolu juża kalkoli tar-riskju tas-suq eżistenti għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, it-Taqsima 4 jew 5, jew għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, it-Taqsima 3, li diġà fihom suppożizzjoni tal-LGD, l-LGD fil-formula użata għandha tkun ta' 100 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|