|
+Artikolu 292 1. |
Artikolu 292 1.Istituzzjoni għandha tiżgura l-integrità tal-proċess ta’ mmudellar kif stabbilit fl-Artikolu 284 billi mill-inqas tadotta l-miżuri li ġejjin:
(a)
il-mudell għandu jirrefletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni b’mod pront komplet, u konservattiv;
(b)
dawn it-termini għandhom jinkludu mill-inqas l-ammonti nozzjonali tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti tal-marġinazzjoni u l-arranġamenti tan-netting;
(c)
dawk it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinżammu f’bażi ta’ data li hija soġġetta għal verifika formali u perijodika;
(d)
proċess għar-rikonoxximent tal-arranġamenti tan-netting li jeħtieġ persunal legali li jivverifika li n-netting f’dawk l-arranġamenti huwa legalment infurzabbli;
(e)
il-verifika meħtieġa mill-punt (d) għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data msemmija fil-punt (c) minn unità indipendenti;
(f)
it-trasmissjoni tad-data dwar it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni fil-mudell EPE għandha tkun soġġetta għal verifika interna;
(g)
għandu jkun hemm proċessi għar-rikonċiljazzjoni formali bejn il-mudell u s-sitemi tas-sorsi tad-data sabiex jiġi verifikat b’mod kontinwu li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni qed ikunu riflessi fl-EPE b’mod korrett jew mill-inqas b’mod konservattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|