Artikolu 316 1.
L-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju ugwali għal jew ogħla minn EUR 750 miljun għandhom jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom bħala s-somma tat-telf nett kollu fuq sena finanzjarja partikolari, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 318(1), li huwa daqs jew jaqbeż il-limiti tad-data dwar it-telf stabbiliti fl-Artikolu 319(1) jew (2). B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġi kkalkulat telf annwali mir-riskju operazzjonali lill-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju li ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun, dment li l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ta' piż bla bżonn għall-istituzzjoni li tapplika l-ewwel subparagrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|