+Artikolu 323 1.

Artikolu 323 1.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ:

(a) 

sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni ddokumentata sew għar-riskju operazzjonali li tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta' ġestjoni tar-riskju ta' kuljum, tifforma parti integrali mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, u li għaliha ġew assenjati responsabbiltajiet ċari; is-sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni għar-riskju operazzjonali għandha tidentifika l-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju operazzjonali u ssegwi d-data rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluż id-data dwar it-telf materjali;

(b) 

funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji operazzjonali li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u operazzjonali tal-istituzzjoni;

(c) 

sistema ta' rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operazzjonali lill-funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjoni;

(d) 

sistema ta' monitoraġġ u ta' rapportar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operazzjonali u tal-esperjenza tat-telf, u proċeduri għat-teħid ta' azzjonijiet korrettivi xierqa;

(e) 

rutini għall-iżgurar tal-konformità, u politiki għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità;

(f) 

rieżamijiet regolari tal-proċessi u tas-sistemi ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali u ta' ġestjoni tal-istituzzjoni, imwettqin minn awdituri interni jew esterni li jkollhom l-għarfien neċessarju;

(g) 

proċessi ta' validazzjoni interna li joperaw b'mod tajjeb u effettiv;

(h) 

flussi u proċessi tad-data trasparenti u aċċessibbli assoċjati mas-sistema ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit