+Artikolu 325b Permess għal rekwiżiti konsolidati
---+Artikolu 325b 1.
---+Artikolu 325b 2.
---+Artikolu 325b 3.
---+Artikolu 325b 4.

Artikolu 325b Permess għal rekwiżiti konsolidati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325b 1.
Soġġett għall-paragrafu 2 u bl-unika skop li jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża partikolari biex ipaċu l-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża oħra.
Artikolu 325b 2.

L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp;

(b) 

il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li fih joperaw l-istituzzjonijiet jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.

Artikolu 325b 3.

Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

dawn l-impriżi jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew huma rikonoxxuti bħala impriżi ta' investiment ta' pajjiż terz;

(b) 

fuq bażi individwali, tali impriżi jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(c) 

ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi ħdan il-grupp.

Artikolu 325b 4.

Meta awtorità kompetenti ma tkunx tat lil istituzzjoni l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għal tal-anqas istituzzjoni jew impriża waħda tal-grupp, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan it-Titolu:

(a) 

l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu għall-pożizzjonijiet kollha fl-istituzzjonijiet jew fl-impriżi tal-grupp li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2, billi tuża t-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;

(b) 

l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu individwalment għall-pożizzjonijiet kollha f'kull istituzzjoni jew impriża tal-grupp li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) 

l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata billi żżid l-ammonti kkalkulati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), l-istituzzjonijiet u l-impriżi msemmija fihom għandhom jużaw l-istess munita ta' rapportar bħall-munita ta' rapportar użata sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata għall-grupp.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit