+Artikolu 345 Tnaqqis tal-pożizzjonijiet netti
---+Artikolu 345 1.
---+Artikolu 345 2.

Artikolu 345 Tnaqqis tal-pożizzjonijiet netti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 345 1.

Fil-każ tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti tad-dejn u l-ekwità, istituzzjoni tista’ tuża l-proċedura li ġejja sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha. L-istituzzjoni għandha l-ewwel tikkalkula l-pożizzjonijiet netti billi tnaqqas il-pożizzjonijiet sottoskritti li jkunu ffirmati jew sottoskritti mill-ġdid minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehimiet formali. L-istituzzjoni għandha mbagħad tnaqqas il-pożizzjonijiet netti bil-fatturi ta’ tnaqqis fit-Tabella 4 u tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha billi tuża l-pożizzjonijiet sottoskritti mnaqqsa.



Tabella 4

jum tax-xogħol 0:

100  %

jum tax-xogħol 1:

90  %

jiem tax-xogħol 2 sa 3:

75  %

jum tax-xogħol 4:

50  %

jum tax-xogħol 5:

25  %

wara jum tax-xogħol 5:

0  %.

“Jum tax-xogħol żero” għandu jkun il-jum tax-xogħol li fih l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta’ titoli bi prezz miftiehem.

Artikolu 345 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu li jagħmlu mill-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit