|
+Artikolu 356 1. |
Artikolu 356 1.L-istituzzjonijiet b’negozju anċillari ta' prodotti agrikulturali jistgħu jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istokk fiżiku tal-prodott tagħhom fit-tmiem ta’ kull sena għas-sena ta' wara meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
fi kwalunkwe żmien tas-sena hija jkollha fondi proprji għal dan ir-riskju li ma jkunux inqas mir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji għal dak ir-riskju stmat fuq bażi konservattiva għas-sena li jkun imiss;
(b)
hija tistma fuq bażi konservattiva l-volatilità mistennija għaċ-ċifra kkalkulata fil-punt (a);
(c)
ir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji tagħha għal dan ir-riskju ma jaqbiżx il-5 % tal-fondi proprji tagħha jew EUR 1 miljun u, billi tiġi kkunsidrata l-volatilità stmata skont il-punt (b), bl-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji mistennija li ma jaqbżux is-6,5 % tal-fondi proprji tagħha;
(d)
l-istituzzjoni timmonitorja fuq bażi kontinwa jekk l-istimi mwettqa skont il-punti (a) u (b) għadhomx jirriflettu r-realtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|